Episodes
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb kollu. Imbagħad, xħin twaqqfu l-ewwel bliet, bosta maħbubin kissru l-armonija oriġinali u sejħu lilhom infushom ommijiet. Minn dan iż-żmien ’l hemm, il-kelma amazzuna saret tfisser għalihom tifla, li qatt...
Published 08/18/24
Published 08/18/24
« U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu ċ-Cisk fil-kwiet ta’ bejniethom u l-istorbju ta’ madwarhom, fuq it-taraġ tal-Ġugar, waqt li qagħdet taħseb li setgħet għamlet użu aħjar tal-ġurnata off. Torqod. Taħsel il-karozza. Twieġeb dak il-messaġġ ta’ ħabibtha Abby minn xi xahrejn ilu. Kif waslet fl-aħħar boqqa kienet se ssellimlu u tibda miexja lura lejn il-karozza imma minn ħalqha ħarġet proposta li jmorru passiġġata. U ħaditu sal-breakwater, u...
Published 08/08/24
« Il-Malti ma tantx iħallini bi kwieti. Noħroġ mill-kamra tal-letturi u nċempel ’l ommi biex ngħidilha li llum ħa niekol għandha; u ara biss taqbiżli kelma bl-Ingliż għax jibda t-tingiż. Mela nsejtu l-Malti? Minn mindu ’l hawn? Kemm sirt qżież! Imma dan kollu bi tbissima tgħidhuli. Tinkini biex tfakkarni fejnhom għeruqi (hawnhekk! Int Malti ta’ Malta!), ma jmurx ninsa li jien fjura, niġbor għeruqi fil-ħorża, u nitilqilha niġri ’l hemm bħalma għamilt kemm-il darba diġà....
Published 07/05/24
Hawn xbin, trid kafè? Minn ġol-džezva jissawwab il-meraq ġamri li ’l-qalb dalwaqt iġibha  ġunġliena mġenġla. Deħlin u ħerġin... https://aphroconfuso.mt/antoine-cassar-is-solitudni-tal-fotografu/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Published 06/22/24
« il-bankina qatt ma tispiċċa fejn tistennieha li tispiċċa. ma’ kull kantuniera titbewwaq, tixpakka ċ-ċirkonferenza u b’xi mod issib estensjoni mibnija ta’ malajr. bejn storja ta’ tetris raffa, bejn logħba jenga li qatt ma ntrebħet. is-soluzzjoni moderna ferm dejjem immarkata b’linja ħafifa tal-metall, li tissepara l-istorja tal-art mill-futur tagħha, imma l-għaksa taf tintrewa sa ma toħroġ minn dan l-univers t’asfalt u tlaqqit. » https://aphroconfuso.mt/fatima-a.m.-ġenealoġija-ta-bankina/ ...
Published 06/07/24
« Xi tfajliet imorru jaraw x’sar, u ma jiġux lura. Tmur oħra, imbagħad oħra. Imbagħad immorru lkoll kemm aħna, rassa sħiħa, kulħadd xhud. Is-sink sewwewh. Il-grouting tal-madum wara s-sink jidher iktar abjad u ġdid minn tal-madwar. Dan l-uniku sinjal tat-traġedja. Nitla’ fuq ponot subgħajja biex nara t-tiswija jien ukoll. Kollox ileqq. Hawn riħa ta’ plastik u affarijiet ġodda. Ix-xebbiet kollha jqarrsu wiċċhom. Ħadd ma jlissen kelma, imma nisma’ n-nifs li qed nieħdu, sinkronizzat. Nisma’...
Published 05/17/24
« Dawn il-proċessi kollha huma xi ħaġa li tinteressani peress li ovvjament huma assoċjati aktar man-nisa, max-xogħol tan-nisa, li ma tistax tikkapitalizzah. Jiġi kkapitalizzat, imma l-bażi tiegħu mhix il-kreazzjoni tal-valur, il-valur tiegħu mhux ekonomiku imma huwa soċjali. Qiegħed biex tirriproduċi s-soċjetà, jew tħaddan ’in-nies, biex tieħu ħsiebhom. Dak huwa l-valur prinċipali ta' dan it-tip ta' xogħol. Allura nieħu gost nuża dat-tip ta' xogħol meta nkun qed naħdem fuq proġetti artistiċi....
Published 05/11/24
« Poġġa fit-tarf tal-wita jħares ’l isfel, radam ta’ ġebel imrembel mal-għargħar tal-ilma li eluf ta’ snin ilu niżel minn Ħad-Dingli għall-port tal-Marsa, iħares lejn il-marki ta’ tidwir u rrumblar fl-uċuħ tal-ġnub tal-wied u l-għerien, l-għelieqi u l-imnasab, jonfoħ fis-suffara li kien qed ilesti u qalli: hawn kienu jgħixu d-deffiena ta’ Bur Mgħeż. » Ħajr lil Maria Giuliana Fenech għall-għajnuna tagħha fit-traslitterazzjoni ta’ ismijiet mill-Grieg Antik. L-epigrafu huwa...
Published 03/28/24
“Il-Kliem fit-Teorija” kienet taħdita li saret fil-21 ta' Marzu 2024 waqt il-festival Kampus Kotba, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. It-taħdita kienet it-tnedija ta’ proġett bl-istess isem fuq il-ġurnal. Termini fil-ħsieb kontemporanju malajr isibu ruħhom fid-diskors kulturali u politiku mingħajr ma jkun sar ingaġġament mar-raġunijiet għalfejn nużaw lilhom flok oħrajn. Meta niktbu bl-istess lingwa li biha naqraw, faċli nużaw dal-kelmiet mingħajr ma nirriflettu wisq fuqhom. Iżda...
Published 03/27/24
F’din il-parti, Omar jibda mill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejn iż-żmien, “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihom il-ħajjin jittrasformaw il-ġisem bla ħajja fil-ġisem mejjet”. Il-metodu xjentifiku li tuża l-arkeoloġija moderna hija l-istratigrafija, tħaffir tat-trinek li jħalluna naraw is-saffi li jserrħu wieħed fuq l-ieħor taħt saqajna. Noti: Ħajr...
Published 03/07/24
« Dan il-proġett tal-esejs għalija huwa proġett ta’ memorja li l-pandemija tefgħetni fih. Jiġifieri l-pandemija, forsi kif esperjenzaha wkoll ħaddieħor, jien esperjenzajtha b’ċertu żlugar. Żlugar mill-ordinarju. Għaliex? Għax kollox ġie żlugat. Il-ħajja tagħna, għal ħafna nies il-post fejn jgħixu, il-mod kif jgħixu, ix-xogħol, kollox ġie maqtugħ mill-ordinarju. Dak il-qtugħ ħafna nies esperjenzawh bħala trawma, ma nixtieqx inxejjen minn dan, kien hemm ħafna mewt fl-arja, u ħafna nies...
Published 02/22/24
Jgħidu li l-ħin jeżisti biex ma jseħħx kollox f’daqqa. Bil-Malti għandna l-idea ta’ ħin u l-idea ta’ żmien bħala fenomeni distinti. Il-ħin qisu dak li jgħaddik minn mument għall-ieħor. Il-ħin tħossu għaddej. Iż-żmien, però, tinduna bih wara; tħares lura u tintebaħ li għaddew is-snin, li ġa ilek f’din id-dinja għoxrin, tletin, tmenin sena. Tħaffer fl-art u tintebaħ li ġa għaddew minn fuq id-dinja eluf ta’ snin, miljuni. F’“Manifest Kontra ż-Żmien”, Kris Polidano, f’dik in-nofs siegħa...
Published 02/08/24
“Flaming F*g” ta’ Matteo Pullicino toħodna fl-intimità tal-friex, tas-sodda, fl-intimità ta’ bewsa. Fl-attentati — minkejja d-dinja — li ngħaddu xi ħaġa, xi forma ta’ ġmiel, wieħed lill-ieħor, permezz ta’ kliem, ta’ vrus, ta’ poeżija. https://aphroconfuso.mt/matteo-pullicino-flaming-f*g/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Published 01/18/24
“L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwar l-ikel”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”. L-ikel illum “jissimbolizza wkoll l-inugwaljanza u l-inġustizzji tal-katini tal-provvista u l-kapitaliżmu globali, il-ħela u l-ġuħ”. Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-ġeneru. Tiftakar kif fl-iktar mumenti f’ħajjitha fejn kellha bżonn tikkomunika mal-familja tagħha, ma’ nannitha u...
Published 01/06/24
“Lejn it-tmiem tas-seklu għoxrin, jiġifieri fis-snin tmenin u disgħin f’Malta, irġiel li kienu jfittxu intimità ma’ rġiel oħra għamlu patroċinju ta’ spazji pubbliċi definiti—bħal latrini, ġonna, u bajjiet—primarjament għal għanijiet ta’ intimità fiżika u sesswali iżda wkoll bħala spazji fejn ħafna setgħu jkunu queer mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma’ intolleranza u theddid. It-tendenza li tfittex l-intimità fi spazji pubbliċi kienet maqsuma ma’ ħafna pajjiżi lil hinn mill-gżira tal-Mediterran,...
Published 12/20/23
Taħdita ma' Davinia Hamilton dwar it-teatru, il-kitba, u r-relazzjoni bejniethom. Fost ħafna affarijiet oħra, nitkellmu wkoll dwar ix-xogħol teatrali Blanket Ban, li ħolqot flimkien ma’ Marta Vella, u l-kitba tal-esej tagħha Żerriegħa fuq Aphroconfuso. Fit-taħdita Davinia ssemmi l-ktieb Time Lived, Without Its Flow ta’ Denise Riley, pubblikazzjoni Picador 2019, u t-talk tal-2004 “The Emancipated Spectator” ta’ Jacques Rancière. https://aphroconfuso.mt/davinia-hamilton/ Hosted on Acast. See...
Published 12/18/23
L-interess primarju ta’ Kris Polidano huwa li tikteb dwar li tgħix f’pajjiż fejn kollox dejjem jinbidel u fl-istess ħin ma jinbidel xejn. Permezz t'hekk tħares lura lejn kif iż-żmien jgħaddi, jitgerbeb, iqarraq bina u, sa ċertu punt, jisseduċina bin-nostalġija. https://aphroconfuso.mt/kris-polidano-na-i-hom/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Published 12/15/23
“Nitwieldu u nikbru. Inwelldu u nkomplu nikbru sa ma fl-aħħar nispiċċaw. M’hemmx mod ieħor.” Hekk tgħid Virginia lil oħtha Vera fin-novella “Qamar Aħmar” ta’ Simon Bartolo. “Kollox jitmermer. Kollha se nispiċċaw.” Dan il-fataliżmu jibda ċiklu li jiżvolġi f’ritorn—u bħal dejjem, it-tfittxija għall-istorja tagħna hija neċessarjament tfittxija għal dak li fadal minn ta’ qabilna. Meta ż-żagħżugħ fin-novella jasal fir-raħal biex ifittex lil oħt nanntu, “il-pjan kien li jfittex iċ-ċimiterju biex...
Published 12/14/23
Taħdita ma’ Omar dwar kif sar jaf b’Bur Mgħeż, kif għamel ir-riċerka tiegħu dwar is-sit u xi ħsibijiet dwar id-dixxiplina tal-arkeoloġija u l-"metodoloġija" letterarja. Aqra u isma' l-ewwel żewġ partijiet ta' Bur Mgħeż, li nsemmu f'din it-taħdita: 1. Ftit qabel dfint ’l ommi, mort infittex qabar 2. Dfintha fil-libsa li mietet fiha Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
Published 11/22/23
It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż kixfu d-dfin u l-fdalijiet Neolitiċi, u l-Valletta Museum flimkien mal-Gvern ta’ Malta li riedu jakkwistaw l-artijiet biex ikomplu...
Published 11/22/23
Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. Noti: Għal dan l-esej ikkonsultajt “Prehistoric Burials in a Cave at Bur-Meghez, Near...
Published 11/15/23
“Wasal iż-żmien mistenni minn kulħadd...” L-għanja nafuha u mill-ewwel nifhmu li ż-żmien mistenni minn kulħadd suppost huwa l-karnival, dawk il-jiem fejn l-ilwien jgħammxu l-għajnejn u l-irtokk u t-travestija huma għal kulħadd. Festa li maż-żmien immansat u llum nassoċjawha l-aktar mat-tfal. Iżda għal uħud tista’ tfisser ħafna aktar minn sempliċi logħba bil-maskri u l-kostumi. https://aphroconfuso.mt/matthew-schembri-mona-lisa-karnival-ieħor/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more...
Published 11/09/23
“Kif Tgħidha f’Qalbek” kienet taħdita waqt il-Festival tal-Ktieb fil-21 ta' Ottubru 2023. Fuq stedina ta' Mallia & D’Amato Booksellers, l-edituri ta' Aphroconfuso jitħaddtu ma’ Kurt Borg, Davinia Hamilton u Omar N'Shea. “Jekk huwa minnu, bħalma jgħidu ħafna, li kull kitba hija forma ta’ traduzzjoni, il-kitba bil-Malti terġa’ hija traduzzjoni b’mod iktar ovvju minn dak li hu mifhum minn min jgħid hekk. F’dawn l-ewwel xogħlijiet li għandna fil-ġurnal tagħna din it-taqbida kienet ta’ spiss...
Published 10/31/23