Description
“L-ikbar deċiżjonijiet politiċi li għandna bżonn nieħdu huma dwar l-ikel”, tgħid Noah Fabri f’“Insalata”. L-ikel illum “jissimbolizza wkoll l-inugwaljanza u l-inġustizzji tal-katini tal-provvista u l-kapitaliżmu globali, il-ħela u l-ġuħ”. Fil-performance li kien jisimha wkoll “Insalata”, u li ttellgħet bejn Awwissu u Ottubru 2023, Noah tkellmet dwar ir-relazzjoni bejn l-ikel u l-ġeneru. Tiftakar kif fl-iktar mumenti f’ħajjitha fejn kellha bżonn tikkomunika mal-familja tagħha, ma’ nannitha u ommha, kien bit-tisjir li dan sar bl-iktar mod intens.
Noti: Cruel Optimism ta’ Lauren Berlant huwa pubblikazzjoni Duke University Press, 2011. “Contamination in Theory and Protest” ta’ David Bond deher f’American Ethnologist fl-2021. Plastic Matter ta’ Heather Davis huwa wkoll ippubblikat minn Duke University Press, 2022. “Messy Mismeasures: Exploring the Wilderness of Queer Migrant Lives” ta’ Martin Manalasan IV deher fis-South Atlantic Quarterly fl-2018. Insalata ttellgħet fil-11 ta’ Awwissu, it-8 ta’ Settembru u l-11 ta’ Ottubru fi Spazju Kreattiv, il-Belt, bħala parti minn The Wind Blows Waves… In All Directions, wirja kollettiva ikkurata minn Bobb Attard u Dali Aguerbi. Ir-ritratt li qed jintuża għall-pubbliċità kien meħud minn Bobb Attard.
https://aphroconfuso.mt/noah-fabri-insalata/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb...
Published 08/18/24