Bur Mgħeż #3: Qegħedtha ġo qabar fuq l-Għolja tal-Ħorr - Omar N’Shea
Listen now
Description
F’din il-parti, Omar jibda mill-metodi tal-arkeoloġija sakemm jgħaddi għall-mezzi li nużaw bħala bnedmin biex niftakru ’l qrabatna, kemm biex nibqgħu magħhom u kemm biex nerħulhom f’idejn iż-żmien, “il-proċessi soċjali, fiżiċi u ontoloġiċi li bihom il-ħajjin jittrasformaw il-ġisem bla ħajja fil-ġisem mejjet”. Il-metodu xjentifiku li tuża l-arkeoloġija moderna hija l-istratigrafija, tħaffir tat-trinek li jħalluna naraw is-saffi li jserrħu wieħed fuq l-ieħor taħt saqajna. Noti: Ħajr lill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta u lill-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. L-epigrafu ta’ Tarċisju Zarb huwa meħud minn “Ir-Raġel tal-Glielez”. Il-kitba ta’ C. J. Farrugia, “L-Imqabba fis-Sekli Dsatax u Għoxrin u t-Twaqqif tal-Partiti” fil-ktieb Sicut Lilium: devozzjoni u ritwal tul is-sekli, editjat minnu stess kien ppubblikat fl-Imqabba mis-Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju fl-2012. https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-3-qegħedtha-ġo-qabar-fuq-l-għolja-tal-ħorr/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
More Episodes
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb...
Published 08/18/24
Published 08/18/24