Bur Mgħeż #2: Dfintha fil-libsa li mietet fiha - Omar N’Shea
Listen now
Description
It-tieni parti mis-sensiela dwar Bur Mgħeż. Hawnhekk insibu lil Omar jeżamina d-dokumenti miġburin fid-dossier MUS 1196-20 fl-arkivji tas-Santu Spirtu r-Rabat. “Fihom naraw lil Bur Mgħeż maqbud bejn il-Knisja, li kellha l-art fil-portafoll tal-Isqof, l-imprenditur Michele Zammit li għandu kienu mikrijin l-għelieqi u l-barrieri fejn id-dagħbien ta’ Bur Mgħeż kixfu d-dfin u l-fdalijiet Neolitiċi, u l-Valletta Museum flimkien mal-Gvern ta’ Malta li riedu jakkwistaw l-artijiet biex ikomplu jesploraw il-fdalijiet tas-sit u jipproteġuhom mill-iskavar tal-barrieri għall-ġebla tal-franka”. Noti: L-epigrafu huwa meħud mill-poeżija ta’ Marjanu Vella “Ħitan tas-Sejjieħ”. Hemm qari tagħha hawn. Ta’ Noel Buttigieg ikkonsultajt “L-Imqabba fil-bidu tas-Seklu XX: Xi aspetti tal-ħajja soċjali fi żmien it-twaqqif tal-każini” f’Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli, Charles Farrugia, editur, ippubblikat fl-2012 tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba. “Bur Mgħeż u Tan-Naxxari” ta’ Charles Farrugia kien ippubblikat fil-programm tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tal-2016. “Hercules’ Unfinished Labour: the management of Borg in-Nadur and its landscape” ta’ Reuben Grima deher f’Site, artefacts and landscape — Prehistoric Borġ in-Nadur, Malta, editjat minn Davide Tanasi u Nicholas C. Vella ippubblikat fl-2011 minn Polimetrica International Scientific Publisher f’Monza. Id-diskors ta’ John Kerry tal-2014, waqt l-inawgurazzjoni tal-esibizzjoni From Assyria to Iberia fil-Metropolitan Museum ta’ New York huwa disponibbli mill-arkivju online tas-Segretarju tal-Istat Amerikan. Għal dan l-esej qrajt ukoll “The Dignity of the Dead: Ethical Reflections on the Archaeology of Human Remains” ta’ Brais X. Currás u Lydia de Tienda Palop li deher f’Ethical Approaches to Human Remains, editjat minn K. Squires, D. Errickson, N. Márquez-Grant, ippubblikat minn Springer, Cham, fl-2019. Ħajr lill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta, ir-Rabat, għall-permess biex nikkonsulta u nippubblika d-dokumenti fid-dossiers MUS 1196-20, CUR 3118-11 u CUR 2052-12. Ukoll lil Charles Farrugia u Noel Buttigieg li ddiriġewni kemm għal xogħol li kien sar fuq Bur Mgħeż kif ukoll għall-kitbiet dwar in-Naxxari, u lil Melvin Theuma tal-għajnuna waqt ir-riċerka. Ukoll Lil Sharon Sultana għar-referenza għall-minuti tal-Antiquities Committee. https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bur-mgħeż-2-dfintha-fil-libsa-li-mietet-fiha/ Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
More Episodes
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb...
Published 08/18/24
Published 08/18/24