Description
“Lejn it-tmiem tas-seklu għoxrin, jiġifieri fis-snin tmenin u disgħin f’Malta, irġiel li kienu jfittxu intimità ma’ rġiel oħra għamlu patroċinju ta’ spazji pubbliċi definiti—bħal latrini, ġonna, u bajjiet—primarjament għal għanijiet ta’ intimità fiżika u sesswali iżda wkoll bħala spazji fejn ħafna setgħu jkunu queer mingħajr ma jħabbtu wiċċhom ma’ intolleranza u theddid. It-tendenza li tfittex l-intimità fi spazji pubbliċi kienet maqsuma ma’ ħafna pajjiżi lil hinn mill-gżira tal-Mediterran, ovvjament, iżda l-kuntest lokali ta lok għal użu partikolari tal-ispazju ddeterminat mill-attributi tal-post innifsu.”
Noti: Lee Edelman jiżviluppa t-teorija tiegħu “bla futur” fil-ktieb No Future: Queer Theory and the Death Drive, pubblikazzjoni ta’ Duke University Press, 2004. Cruising Utopia: The Then and There of Queer Futurity ta’ Jose Estaban Muñoz huwa pubblikazzjoni ta’ NYU Press, 2009. Jack Halberstam jitkellem dwar il-lingwaġġ tal-ħufar fil-ktieb tiegħu Wild Things: The Disorder of Desire, Duke University Press, 2020. Eng-Beng Lim jitkellem dwar il-performattività gay f’kuntest globali-neoliberali f’Glocalqueering in New Asia: The Politics of Performing Gay in Singapore li deher fit-Theatre Journal, 57:3, Ottubru 2005. Eng-Beng Lim, bħal ħafna oħrajn, jibni fuq Orientalism ta’ Edward Said, ippubblikat fl-1978 minn Pantheon Books. Għal dan l-esej, użajt ukoll Cruising, space and surveillance: decolonizing sexuality in Singapore ta’ Ahmad Salehin u Laura Vitis fi Globalizations, 17:7, 2020. Elementary Structures of Kinship ta’ Claude Levi-Strauss huwa pubblikazzjoni ta’ Eyre & Spottiswoode, 1969. Marshall Sahlins jitkellem dwar it-tabù tal-inċest fi Stone Age Economics, Aldine-Atherton, 1972. Loco Mía, u mhux “Lakomija” kif konna nsejħulhom, kienu (u għadhom) grupp ta’ mużiċisti-żeffiena minn Spanja li bdew il-karriera tagħhom fil-clubs ta’ Ibiza fit-tmeninijiet.
https://aphroconfuso.mt/omar-nshea-bil-moħbi-fil-beraħ/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb...
Published 08/18/24