Description
« U bħal b’vendikazzjoni ddeċidiet ma tkomplix tipprova, u għal ftit minuti komplew jixorbu ċ-Cisk fil-kwiet ta’ bejniethom u l-istorbju ta’ madwarhom, fuq it-taraġ tal-Ġugar, waqt li qagħdet taħseb li setgħet għamlet użu aħjar tal-ġurnata off. Torqod. Taħsel il-karozza. Twieġeb dak il-messaġġ ta’ ħabibtha Abby minn xi xahrejn ilu. Kif waslet fl-aħħar boqqa kienet se ssellimlu u tibda miexja lura lejn il-karozza imma minn ħalqha ħarġet proposta li jmorru passiġġata. U ħaditu sal-breakwater, u l-baħar kien kalm u kien hemm il-kwiet għax l-għada kienet ħa tibda l-iskola u l-familji kienu żarmaw. U meta poġġew fuq il-blat qalet lilha nnifisha li llejla le, se żżomm saqajha magħluqa, kienet għadha xi ftit misluħa, u xorta dat-tali ma tantx kien fih għaxqa. U għada xogħol jum sħiħ. »
https://aphroconfuso.mt/glorianne-micallef-sottomissjoni/
Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.
« Fil-bidu, jekk qatt kien hemm bidu, il-maħbubin kollha sejħu lilhom infushom amazzuni. Huma u jgħixu flimkien, jinħabbu, jiċċelebraw lilhom infushom, jilagħbu, fiż-żmien meta x-xogħol kien għadu logħba, il-maħbubin fil-ġnien tal-art baqgħu jsejħu lilhom infushom amazzuni tul Żmien id-Deheb...
Published 08/18/24